19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 – SGI Studio Galli Ingegneria Srl vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-371/21 P) (1)

(Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Is-Seba’ Programm Qafas għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (2007-2013) - Ftehim ta’ sussidju - Proġett Marsol - Spejjeż eliġibbli - Rapport ta’ investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) li sab li ċertu nfieq imwettaq kien ineliġibbli - Rimbors ta’ somom imħallsa - Dritt ta’ aċċess għall-fajl tal-OLAF - Dritt għal smigħ - Oneru tal-prova - Żnaturament tal-fatti - Valur probatorju - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Arrikkiment indebitu)

(2022/C 359/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: SGI Studio Galli Ingegneria Srl (rappreżentanti: V. Catenacci, F. S. Marini u R. Viglietta, avvocati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u S. Romoli, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

SGI Studio Galli Ingegneria Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 310, 02.08.2021.