|
19.6.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 216/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ April 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – A1, A2 vs I
(Kawża C-352/21 (1), A1 u A2 (Assigurazzjoni ta’ opra tal-baħar għar-rikreazzjoni))
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Regoli ta’ ġurisdizzjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni - Punt 5 tal-Artikolu 15 - Possibbiltà ta’ deroga minn dawn ir-regoli ta’ ġurisdizzjoni permezz ta’ konvenzjonijiet - Punt 5 tal-Artikolu 16 - Direttiva 2009/138/KE - Punt 27 tal-Artikolu 13 - Kunċett ta’ “riskji kbar” - Kuntratt ta’ assigurazzjoni fuq korp ta’ bastiment - Klawżola dwar l-attribuzzjoni ta’ ġurisdizzjoni konkluża bejn l-assiguratur u l-assigurat - Possibbiltà li din il-klawżola tiġi invokata kontra l-assigurat - Opra tal-baħar rikreattiva użata għal finijiet mhux kummerċjali)
(2023/C 216/08)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: A1, A2
Konvenut: I
Dispożittiv
Il-punt 5 tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, moqri flimkien mal-punt 5 tal-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
kuntratt ta’ assigurazzjoni fuq korp ta’ bastiment li jirrigwarda opra tal-baħar rikreattiva użata għal finijiet mhux kummerċjali ma jaqax taħt il-punt 5 tal-Artikolu 15.