7.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 424/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ Settembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent – il-Belġju) – The Escape Center BVBA vs Belgische Staat

(Kawża C-330/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 98 - Possibbiltà għall-Istati Membri li japplikaw rata mnaqqsa tal-VAT għal ċerti kunsinni ta’ oġġetti u provvisti ta’ servizzi - Anness III, punt 14 - Kunċett ta’ “dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi” - Swali tal-isport - Akkumpanjament individwali jew fi grupp)

(2022/C 424/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg Oost-Vlaanderen Afdeling Gent

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: The Escape Center BVBA

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

L-Artikolu 98(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri flimkien mal-punt 14 tal-Anness III ta’ din id-direttiva,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

provvista ta’ servizzi li tikkonsisti fl-għoti tad-dritt ta’ użu ta’ faċilitajiet sportivi ta’ sala tal-isport u fil-provvista ta’ akkumpanjament individwali jew fi grupp tista’ tiġi suġġetta għal rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, meta dan l-akkumpanjament huwa marbut mal-użu ta’ dawn l-faċilitajiet u huwa meħtieġ għall-prattika tal-isport u tal-edukazzjoni fiżika jew meta dan l-akkumpanjament huwa anċillari għad-dritt tal-użu tal-imsemmija faċilitajiet jew għall-użu effettiv tagħhom.


(1)  ĠU C 338, 23.8.2021.