27.2.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-12 ta' Jannar 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – P.I. vs Migracijos departamentas prie Lietuvos Respublikos vidaus reikalu ministerijos

(Kawża C-280/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika komuni fil-qasam tal-ażil - Kundizzjonijiet sabiex persuna tkun tista’ tibbenefika minn status ta’ refuġjat - Direttiva 2011/95/UE - Artikolu 10(1)(e) u (2) - Raġunijiet ta’ persekuzzjoni - Kunċetti ta’ “opinjoni politika” u ta’ “opinjoni politika attribwita” - Tentattivi ta’ applikant għall-ażil li jiddefendi ruħu, fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, permezz ta’ mezzi legali kontra atturi mhux Statali li jaġixxu illegalment u li huma f’pożizzjoni li jistrumentalizzaw l-istrutturi repressivi tal-Istat ikkonċernat)

(2023/C 71/08)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P.I.

Konvenut: Migracijos departamentas prie Lietuvos Respublikos vidaus reikalu ministerijos

Dispożittiv

L-Artikolu 10(1)(e) u (2) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-kunċett ta’ “opinjoni politika” jkopri t-tentattivi ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(h) u (i) ta’ din id-direttiva, li jiddefendi l-interessi patrimonjali u ekonomiċi personali tiegħu permezz ta’ mezzi legali kontra atturi mhux Statali li jaġixxu illegalment, meta dawn, minħabba r-rabtiet li għandhom mal-Istat ikkonċernat minħabba l-korruzzjoni, ikunu f’pożizzjoni li jistrumentalizzaw l-istrutturi repressivi ta’ dan tal-aħħar għad-detriment ta’ dan l-applikant, sa fejn dawn it-tentattivi jiġu pperċepiti mill-atturi ta’ persekuzzjoni bħala oppożizzjoni jew reżistenza f’qasam marbut ma’ dawn l-atturi jew mal-politiki tagħhom u/jew mal-metodi tagħhom.


(1)  ĠU C 278, 12.7.2021