22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – F. Hoffmann-La Roche Ltd, Novartis AG, Novartis Farma SpA, Roche SpA vs Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

(Kawża C-261/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE - Obbligu tal-Istati Membri li jistabbilixxu r-rimedji neċessarji sabiex jiżguraw protezzjoni ġudizzjarja effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni - Artikolu 267 TFUE - Obbligu tal-qorti tar-rinviju li tagħti effett sħiħ lill-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Aċċess għal qorti indipendenti u imparzjali stabbilita minn qabel bil-liġi - Sentenza ta’ qorti nazzjonali li tiddeċiedi fl-aħħar istanza wara deċiżjoni preliminari tal-Qorti tal-Ġustizzja - Nuqqas ta’ konformità allegata ta’ din is-sentenza mal-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprekludi l-preżentata ta’ rikors għal reviżjoni tal-imsemmija sentenza)

(2022/C 318/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F. Hoffmann-La Roche Ltd, Novartis AG, Novartis Farma SpA, Roche SpA

Konvenut: Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato

fil-preżenza ta’: Società Oftalmologica Italiana (SOI) – Associazione Medici Oculisti Italiani (AMOI), Regione Emilia-Romagna, Regione Lombardia, Altroconsumo, Novartis Farma SpA, Roche SpA, Novartis AG, F. Hoffmann-La Roche Ltd, Associazione Italiana delle Unità Dedicate Autonome Private di Day Surgery e dei Centri di Chirurgia Ambulatoriale (Aiudapds), Coordinamento delle associazioni per la tutela dell’ambiente e dei diritti degli utenti e consumatori (Codacons), Ministero della Salute – Agenzia Italiana del Farmaco

Dispożittiv

L-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 19(1) TUE, kif ukoll l-Artikolu 267 TFUE, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet tad-dritt proċedurali ta’ Stat Membru li, filwaqt li josservaw il-prinċipju ta’ ekwivalenza, ikollhom l-effett li, meta l-qorti suprema tal-ordni amministrattiv ta’ dan l-Istat Membru tagħti deċiżjoni li tirregola tilwima li fil-kuntest tagħha hija kienet adixxiet lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari skont dan l-Artikolu 267, il-partijiet f’din it-tilwima ma jistgħux jitolbu r-reviżjoni ta’ din id-deċiżjoni tal-qorti nazzjonali għar-raġuni li hija tkun applikat ħażin l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja b’risposta għal din it-talba.


(1)  ĠU C 263, 5.7.2021.