|
5.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 463/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht München – il-Ġermanja) – KP vs TV, Gemeinde Bodman-Ludwigshafen
(Kawża C-256/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks tal-Unjoni Ewropea - Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 124(a) u (d) - Artikolu 128 - Ġurisdizzjoni tal-qrati tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea - Azzjoni għall-kontrafazzjoni - Kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Rinunzja tal-azzjoni għal ksur - Eżitu tal-kontrotalba - Natura awtonoma tal-kontrotalba)
(2022/C 463/10)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht München
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: KP
Konvenut: TV, Gemeinde Bodman-Ludwigshafen
Dispożittiv
L-Artikolu 124(a) u (d) kif ukoll l-Artikolu 128 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea,
għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
qorti tat-trade marks tal-Unjoni Ewropea, adita b’azzjoni għal kontrafazzjoni bbażata fuq trade mark tal-Unjoni Ewropea li l-validità tagħha hija kkontestata permezz ta’ kontrotalba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, tibqa’ kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar il-validità ta’ din it-trade mark, minkejja l-irtirar tal-azzjoni prinċipali.