23.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 207/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-31 ta’ Marzu 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – IA vs Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl
(Kawża C-231/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Sistema ta’ Dublin - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Artikolu 29(2) - Trasferiment tal-applikant għall-ażil lejn l-Istat Membru responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Terminu ta’ trasferiment ta’ sitt xhur - Possibbiltà ta’ estensjoni ta’ dan it-terminu sa massimu ta’ sena fil-każ ta’ priġunerija - Kunċett ta’ “priġunerija” - Tqegħid tal-applikant għall-ażil taħt restrizzjoni f’dipartiment psikjatriku ta’ sptar bl-awtorizzazzjoni ta’ mħallef)
(2022/C 207/08)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Verwaltungsgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IA
Konvenut: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl
Dispożittiv
It-tieni sentenza tal-Artikolu 29(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “priġunerija”, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, ma japplikax għat-tqegħid ex officio ta’ applikant għall-ażil f’dipartiment psikjatriku ta’ sptar, awtorizzat minn deċiżjoni ġudizzjarja għar-raġuni li, minħabba marda mentali, din il-persuna hija ta’ periklu serju għaliha nnifisha jew għas-soċjetà.