9.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Okrazhen sad – Burgas – il-Bulgarija) – proċeduri kriminali kontra DELTA STROY 2003

(Kawża C-203/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2005/212/ĠAI - Applikabbiltà - Impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja fuq persuna ġuridika għal nuqqas ta’ ħlas ta’ dejn fiskali - Kunċett ta’ “konfiska” - Artikolu 48, 49 u 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Sanzjonijiet ta’ natura kriminali - Prinċipji ta’ preżunzjoni tal-innoċenza, ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege u ta’ proporzjonalità ta’ delitti u ta’ pieni - Drittijiet tad-difiża - Impożizzjoni ta’ sanzjoni kriminali fuq persuna ġuridika għal ksur imwettaq mir-rappreżentant ta’ din il-persuna ġuridika - Proċeduri kriminali parallela mhux magħluqa kontra dan ir-rappreżentant - Proporzjonalità)

(2023/C 7/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Okrazhen sad – Burgas

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

DELTA STROY 2003

fil-preżenza ta’: Okrazhna prokuratura – Burgas

Dispożittiv

L-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-qorti nazzjonali tista’ timponi fuq persuna ġuridika sanzjoni kriminali għal reat li għalih tkun responsabbli persuna fiżika li għandha s-setgħa li torbot jew tirrappreżenta lil din il-persuna ġuridika, fil-każ fejn din tal-aħħar ma tkunx tqiegħdet f’pożizzjoni li tikkontesta l-eżistenza ta’ dan ir-reat.


(1)  ĠU C 228, 14.6.2021.