19.9.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 359/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra KL

(Kawża C-168/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 2(4) - Kundizzjoni ta’ kriminalità doppja tal-fatt - Artikolu 4(1) - Raġuni għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni fakultattiva tal-mandat ta’ arrest Ewropew - Stħarriġ mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni - Fatti li parzjalment jikkostitwixxu reat fid-dawl tad-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipju ta’ proporzjonalità tar-reati u tal-pieni)

(2022/C 359/05)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

KL

fil-preżenza ta’: Prokuratur Ġenerali fi ħdan il-cour d’appel d’Angers

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(4) u l-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjoni tal-kriminalità doppja tal-fatt, prevista f’dawn id-dispożizzjonijiet, tkun issodisfatta fis-sitwazzjoni fejn mandat ta’ arrest Ewropew jinħareġ għall-finijiet tal-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija mogħtija għal fatti li jaqgħu, fl-Istat Membru emittenti, taħt reat li jeħtieġ li dawn il-fatti jippreġudikaw interess ġuridiku protett f’dan l-Istat Membru, meta tali fatti jkunu wkoll is-suġġett ta’ reat kriminali fir-rigward tad-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni li għalih il-ksur ta’ dan l-interess ġuridiku protett ma huwiex element kostituttiv.

2)

L-Artikolu 2(4) u l-punt 1 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni ma tistax tirrifjuta li teżegwixxi mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għall-eżekuzzjoni ta’ piena ta’ priġunerija, meta din il-piena tkun ġiet imposta, fl-Istat Membru emittenti, għat-twettiq, mill-persuna rikjesta, ta’ reat wieħed kompost minn diversi fatti li parti minnhom biss tikkostitwixxi reat kriminali fl-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni.


(1)  ĠU C 228, 14.06.2021.