|
9.1.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Novembru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Mercantil no7 de Barcelona – Spanja) – AD et vs PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV, DAF Trucks Deutschland GmbH
(Kawża C-163/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Kumpens għad-dannu kkawżat minn prattika pprojbita mill-Artikolu 101(1) TFUE - Ftehimiet kollużivi dwar l-iffissar tal-prezzijiet u ż-żieda tal-prezzijiet gross tat-trakkijiet fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) - Direttiva 2014/104/UE - Regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni fid-dritt nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 22(2) - Applikabbiltà ratione temporis - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) - Kunċett ta’ provi rilevanti li jinsabu fil-pussess tal-konvenut jew ta’ terz - Artikolu 5(2) - Produzzjoni ta’ ċerti provi jew kategoriji rilevanti ta’ provi abbażi ta’ informazzjoni fattwali raġonevolment disponibbli - Artikolu 5(3) - Eżami tal-proporzjonalità tat-talba għall-produzzjoni ta’ provi - Ibbilanċjar tal-interessi leġittimi tal-partijiet u ta’ terzi - Portata tal-obbligi li jirriżultaw minn dawn id-dispożizzjonijiet)
(2023/C 7/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado Mercantil no 7 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: AD et
Konvenuti: PACCAR Inc, DAF TRUCKS NV, DAF Trucks Deutschland GmbH
Dispożittiv
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2014/104 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar ċerti regoli li jirregolaw l-azzjonijiet għad-danni skont il-liġi nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri u tal-Unjoni Ewropea,
għandu jiġi interpretat fis-sens li:
l-indikazzjoni li ssir tal-provi rilevanti fil-pussess tal-konvenut jew ta’ terz tirrigwarda wkoll dawk li l-parti li lilha ssir it-talba għal produzzjoni tal-provi għandha toħloq ex novo, billi tgħaqqad jew tikklassifika informazzjoni, għarfien jew data fil-pussess tagħha, bla ħsara għall-osservanza stretta tal-Artikolu 5(2) u (3) ta’ din id-direttiva, li jobbliga lill-qrati nazzjonali aditi li jillimitaw il-produzzjoni tal-provi għal dak li hu rilevanti, proporzjonat u neċessarju, filwaqt li jitqiesu l-interessi leġittimi u d-drittijiet fundamentali ta’ dik il-parti.