25.7.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 284/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-2 ta’ Ġunju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas – il-Litwanja) – Get Fresh Cosmetics Limited vs Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

(Kawża C-122/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 87/357/KEE - Artikolu 1(2) - Kamp ta’ applikazzjoni - Prodotti mhux tal-ikel li jistgħu jiġu konfużi ma’ prodotti tal-ikel - Kunċett - Riskju ta’ soffokazzjoni, ta’ avvelenament, ta’ perforazzjoni jew ta’ ostruzzjoni tal-kanal tal-ikel - Preżunzjoni ta’ perikolu - Assenza - Prova)

(2022/C 284/09)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Get Fresh Cosmetics Limited

Konvenut: Valstybinė vartotojų teisių apsaugos tarnyba

fil-preżenza ta’: V.U.

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/357/KEE tal-25 ta’ Ġunju 1987 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar prodotti li, minħabba li jidhru li jkunu xi ħaġa oħra milli fil-fatt ikunu jipperikolaw is-saħħa jew s-sigurtà tal-konsumaturi, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex neċessarju li jintwera permezz ta’ data oġġettiva u sostanzjata li l-fatt li jitqiegħdu fil-ħalq, jissoffew jew jinbilgħu prodotti li, filwaqt li ma humiex prodotti tal-ikel, ikollhom forma, riħa, kulur, aspett, imballaġġ, ittikkettjar, volum jew daqs b’mod li huwa prevedibbli li l-konsumaturi, b’mod partikolari t-tfal, ifixkluhom ma’ prodotti tal-ikel u, minħabba dan, iqiegħduhom fil-ħalq, isoffuhom jew jibilgħuhom, jista’ jkollu riskji bħas-soffokazzjoni, l-avvelenament, il-perforazzjoni jew l-ostruzzjoni tal-kanal tal-ikel. Madankollu, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jevalwaw każ b’każ jekk prodott jissodisfax il-kundizzjonijiet elenkati f’din id-dispożizzjoni u jiġġustifikaw li dan huwa l-każ.


(1)  ĠU C 182, 10.05.2021.