4.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 257/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – Ir-Repubblika Ċeka) – HJ vs Ministerstvo práce a sociálních věcí
(Kawża C-101/21) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2008/94/KE - Protezzjoni tal-ħaddiema impjegati fil-każ ta’ insolvenza tal-persuna li timpjega - Artikolu 2(2) - Kunċett ta’ “impjegat” - Artikolu 12(a) u (ċ) - Limiti għar-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet ta’ garanzija - Persuna li teżerċita, abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħol konkluż ma’ kumpannija kummerċjali, il-funzjonijiet ta’ membru tal-bord tad-diretturi u ta’ direttur ta’ din il-kumpannija - Kumulu ta’ funzjonijiet - Ġurisprudenza nazzjonali li tirrifjuta lil din il-persuna l-benefiċċju tal-garanziji previsti minn din id-direttiva)
(2022/C 257/14)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: HJ
Konvenut: Ministerstvo práce a sociálních věcí
Dispożittiv
L-Artikolu 2(2) u l-Artikolu 12(a) u (ċ) tad-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom, kif emendata bid-Direttiva (UE) 2015/1794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Ottubru 2015, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu ġurisprudenza nazzjonali li tgħid li persuna li teżerċita, abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħol validu fid-dawl tad-dritt nazzjonali, b’mod kumulattiv il-funzjonijiet ta’ direttur u ta’ membru tal-korp statutorju ta’ kumpannija kummerċjali ma tistax tiġi kklassifikata bħala impjegat, fis-sens ta’ din id-direttiva, u, għaldaqstant, ma tistax tibbenefika mill-garanziji previsti mill-imsemmija direttiva.