19.6.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 216/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-4 ta’ Mejju 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Blagoevgrad – il-Bulgarija) – MV – 98 vs Nachalnik na otdel “Operativni deynosti” – Sofia v Glavna direktsia “Fiskalen kontrol” pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

(Kawża C-97/21 (1), MV – 98)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 273 - Nuqqas ta’ għoti ta’ riċevuta fiskali - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 50 - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Akkumulazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali għall-istess fatt - Artikolu 49(3) - Proporzjonalità tal-pieni - Artikolu 47 - Dritt għal rimedju effettiv - Portata tal-istħarriġ ġudizzjarju dwar l-eżekuzzjoni provviżorja ta’ sanzjoni)

(2023/C 216/05)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Blagoevgrad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MV – 98

Konvenut: Nachalnik na otdel “Operativni deynosti” – Sofia v Glavna direktsia “Fiskalen kontrol” pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

Dispożittiv

L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud u l-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha jista’ jiġi impost fuq persuna taxxabbli, għall-istess ksur ta’ obbligu fiskali u fi tmiem proċeduri distinti u awtonomi, miżura ta’ sanzjoni pekunjarja u miżura ta’ ssiġillar ta’ proprjetà kummerċjali, liema miżuri jistgħu jiġu kkontestati quddiem qrati differenti, sa fejn l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tiżgurax koordinazzjoni tal-proċeduri li tippermetti li jitnaqqas, sa fejn strettament neċessarju, il-piż żejjed li jirriżulta mill-akkumulazzjoni tal-imsemmija miżuri u ma tippermettix li jiġi żgurat li s-severità tas-sanzjonijiet kollha imposti tikkorrispondi għall-gravità tal-ksur ikkonċernat.


(1)  ĠU C 163, 3.5.2021.