|
2.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 155/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Marzu 2023 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – AS “PrivatBank”, A, B, Unimain Holdings Limited vs Finanšu un kapitāla tirgus komisija
(Kawża C-78/21 (1), PrivatBank et)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 56 u 63 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Moviment liberu tal-kapital - Miżura nazzjonali li tobbliga lil istituzzjoni ta’ kreditu ttemm ir-relazzjonijiet ta’ negozju jew li ma tibqax tidħol f’tali relazzjonijiet ma’ persuni mhux ċittadini - Restrizzjoni - Artikolu 65(1)(b) TFUE - Ġustifikazzjoni - Direttiva (UE) 2015/849 - Prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu - Proporzjonalità)
(2023/C 155/08)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Administratīvā apgabaltiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AS “PrivatBank”, A, B, Unimain Holdings Limited
Konvenut: Finanšu un kapitāla tirgus komisija
Dispożittiv
|
1) |
Is-self u l-krediti finanzjarji kif ukoll it-tranżazzjonijiet f’kontijiet kurrenti u depożiti fl-istituzzjonijiet finanzjarji, b’mod partikolari l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, jikkostitwixxu movimenti tal-kapital, fis-sens tal-Artikolu 63(1) TFUE. |
|
2) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 u l-Artikolu 63(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li miżura amministrattiva li permezz tagħha l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, minn naħa, tipprojbixxi lil istituzzjoni ta’ kreditu milli tidħol f’relazzjonijiet ta’ negozju ma’ kull persuna fiżika jew ġuridika li ma għandhiex rabta mal-Istat Membru li fuqu hija stabbilita din l-istituzzjoni u li l-movimenti ta’ kreditu mensili tagħha jeċċedu ċertu ammont kif ukoll, min-naħa l-oħra, timponi fuq l-imsemmija istituzzjoni li ttemm tali relazzjonijiet ta’ negozju meta jkunu ġew stabbiliti wara l-adozzjoni ta’ din il-miżura tikkostitwixxi restrizzjoni fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, fis-sens tal-ewwel waħda minn dawn id-dispożizzjonijiet, kif ukoll restrizzjoni fuq il-movimenti ta’ kapital, fis-sens tat-tieni tal-imsemmija dispożizzjonijiet. |
|
3) |
L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 TFUE u l-Artikolu 63(1) TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux miżura amministrattiva li permezz tagħha l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru, minn naħa, tipprojbixxi lil istituzzjoni ta’ kreditu milli tidħol f’relazzjonijiet ta’ negozju ma’ kull persuna fiżika li ma għandhiex rabta mal-Istat Membru li fuqu hija stabbilita din l-istituzzjoni u li l-movimenti ta’ kreditu mensili tagħhom jaqbżu l-EUR 15 000, jew ma’ kull persuna ġuridika li l-attività ekonomika tagħha ma għandha l-ebda rabta ma’ dan l-Istat Membru u li l-movimenti ta’ kreditu mensili tagħha jaqbżu l-EUR 50 000, kif ukoll, min-naħa l-oħra, timponi fuq l-imsemmi istituzzjoni li ttemm tali relazzjonijiet ta’ negozju meta jkunu ġew stabbiliti bdew wara l-adozzjoni ta’ din il-miżura, sakemm din il-miżura amministrattiva, l-ewwel, tkun iġġustifikata mill-għan li jiġi evitat il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu jew bħala miżura essenzjali mmirata lejn in-nuqqas tal-ksur tal-liġijiet u tar-regolamenti nazzjonali dwar il-kontroll prudenzjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji jew ukoll bħala miżura iġġustifikata għal raġunijiet relatati mal-ordni pubbliku, imsemmija fl-Artikolu 65(1)(b) TFUE, it-tieni, hija xierqa sabiex tiżgura l-kisba ta’ dawn l-għanijiet, it-tielet, ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dawn jintlaħqu u, ir-raba’, ma tiksirx b’mod eċċessiv id-drittijiet u interessi protetti konformement ma’ dawn l-Artikoli 56 u 63 TFUE, li minnhom jibbenefikaw l-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata u l-klijenti tagħha. |