12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – il-Pajjiżi l-Baxxi) – O.T. E. vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-66/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kontrolli tal-fruntiera, ażil u immigrazzjoni - Politika tal-ażil - Permess ta’ residenza maħruġ għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti - Direttiva 2004/81/KE - Artikolu 6 - Kamp ta’ applikazzjoni - Ċittadin ta’ pajjiż terz li jallega li kien vittma ta’ reat relatat mat-traffikar tal-bnedmin - Benefiċċju tal-perijodu ta’ riflessjoni previst fl-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva - Projbizzjoni li tiġi eżegwita ordni ta’ tneħħija - Kunċett - Portata - Kalkolu ta’ dan il-perijodu ta’ riflessjoni - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Kriterji u mekkaniżmi għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida - Trasferiment lejn Stat Membru responsabbli għall-eżami ta’ din l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali)

(2022/C 472/09)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: O.T. E.

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

taqa’ taħt il-kunċett ta’ “ordni ta’ tneħħija” l-ordni li permezz tagħha jitwettaq it-trasferiment ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz mit-territorju ta’ Stat Membru lejn dak ta’ Stat Membru ieħor, skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida.

2)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2004/81:

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi li deċiżjoni ta’ trasferiment, meħuda b’applikazzjoni tar-Regolament Nru 604/2013, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz, tiġi eżegwita matul il-perijodu ta’ riflessjoni ggarantit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu 6, iżda ma jipprekludi la l-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni, u lanqas miżuri preparatorji għall-eżekuzzjoni ta’ din tal-aħħar, bil-kundizzjoni li dawn il-miżuri preparatorji ma jċaħħdux mill-effett utli tali perijodu ta’ riflessjoni, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 163, 3.5.2021.