22.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 318/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-7 ta’ Lulju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bezirksgericht Bleiburg – l-Awstrija) – LKW WALTER Internationale Transportorganisation AG vs CB, DF, GH

(Kawża C-7/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Notifika u komunikazzjoni tal-atti - Regolament (KE) Nru 1393/2007 - Artikolu 8(1) - Terminu ta’ ġimgħa sabiex jiġi eżerċitat id-dritt ta’ rifjut ta’ riċezzjoni tal-att - Digriet ta’ eżekuzzjoni forzata mogħti fi Stat Membru u nnotifikat fi Stat Membru ieħor fil-lingwa tal-ewwel Stat Membru biss - Leġiżlazzjoni ta’ dan l-ewwel Stat Membru li tipprevedi terminu ta’ tmint ijiem sabiex titressaq oppożizzjoni kontra dan id-digriet - Terminu għal oppożizzjoni li jibda jiddekorri fl-istess żmien tat-terminu previst għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ rifjut ta’ riċezzjoni tal-att - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal rimedju effettiv)

(2022/C 318/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bezirksgericht Bleiburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: LKW WALTER Internationale Transportorganisation AG

Konvenuti: CB, DF, GH

Dispożittiv

L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (servizz ta’ dokumenti) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

jipprekludi leġiżlazzjoni tal-Istat Membru li taħtu taqa’ l-awtorità li tkun ħarġet att li għandu jiġi nnotifikat jew ikkomunikat, li bis-saħħa tagħha l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ ġimgħa msemmi f’dan l-Artikolu 8(1), li fih id-destinatarju ta’ tali att jista’ jirrifjuta li jaċċetta li jirċevih għal waħda mir-raġunijiet previsti f’din id-dispożizzjoni, jikkoinċidi mal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors kontra l-imsemmi att f’dan l-Istat Membru.


(1)  ĠU C 88, 15.3.2021.