Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2021 – Indofil Industries (Netherlands) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-742/20 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2087 – Nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva mancozeb – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”
1. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Natura gravi tad-dannu – Sitwazzjoni li tista’ tipperikola l-eżistenza tal-kumpannija rikorrenti – Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs u tad-dħul mill-bejgħ tagħha, kif ukoll tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza – Attività fuq swieq irregolati ħafna – Teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi speċifiċi għal kull speċi (Artikoli 278 u 279 TFUE) (ara l-punti 31, 32, 36, 37) |
2. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Natura gravi tad-dannu – Evalwazzjoni fl-assenza ta’ informazzjoni dwar id-daqs tal-impriża kkonċernata – Dannu finanzjarju oġġettivament konsiderevoli sostnut minn impriża minħabba allegat obbligu li tagħmel għażla kummerċjali f’terminu inopportun – Riskju li normalment għandu jiġi sostnut minn impriża li topera f’suq irregolat ħafna (Artikoli 278 u 279 TFUE) (ara l-punti 33, 34, 42) |
3. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Dannu finanzjarju – Modifika irrimedjabbli ta’ partijiet mis-suq – Inklużjoni – Kundizzjonijiet – Evalwazzjoni fid-dawl tad-daqs tal-impriża u tas-sitwazzjoni tal-grupp ta’ appartenenza tagħha (Artikoli 278 u 279 TFUE) (ara l-punti 52, 54) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2087 tal‑14 ta’ Diċembru 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva mancozeb, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU 2020, L 423, p. 50).
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |