Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal‑5 ta’ Mejju 2021 – Ovsyannikov vs Il‑Kunsill
(Kawża T‑714/20 R)
“Miżuri provviżorji – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza”
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu finanzjarju – Obbligu li jiġu pprovduti indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali fid-dettall – Assenza ta’ espożizzjoni fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tar-rikorrent – Nuqqas ta’ urġenza
(Artikoli 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))
(ara l-punti 23, 30 sa 32, 36, 37)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas‑17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 16), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas‑17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina (ĠU 2014, L 78, p. 6, u rettifika fil-ĠU 2014, L 294, p. 64), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2163 tal‑20 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (ĠU 2017, L 304, p. 51), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2017/2153 tal‑20 ta’ Novembru 2017 li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (ĠU 2017, L 304, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/399 tat‑13 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (ĠU 2020, L 78, p. 44), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/398 tat‑13 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (ĠU 2020, L 78, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1269 tal‑10 ta’ Settembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (ĠU 2020, L 298, p. 23), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1267 tal‑10 ta’ Settembru 2020 li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (ĠU 2020, L 298, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1368 tal‑1 ta’ Ottubru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145 (ĠU 2020, L 318, p. 5), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1367 tal‑1 ta’ Ottubru 2020 li jimplimenta r-Regolament Nru 269/2014 (ĠU 2020, L 318, p. 1), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent.
Dispożittiv
|
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
|
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |