Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2021 – OJ vs Il –Kummissjoni
(Kawża T-709/20 R)
“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni ġenerali - Deċiżjoni tal-EPSO li tirrifjuta li testendi d-dati tat-testijiet fil-forma ta’ kwestjonarju b’għażla multipla fuq kompjuter - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”
1. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri provviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1), 278 u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4)) (ara l-punti 14 sa 17) |
2. |
Proċeduri għal miżuri provviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Kundizzjonijiet għall-għoti – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Oneru tal-prova – Dannu li jirriżulta minn allegata irregolarità mwettqa f’kompetizzjoni ġenerali – Nuqqas ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punti 22 sa 29) |
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-proċedura ta’ selezzjoni tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/380/19 dwar l-istabbiliment, għall-Kummissjoni, ta’ lista ta’ riżerva ta’ amministraturi fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali u tal-ġestjoni tal-għajnuna lill-pajjiżi terzi.
Dispożittiv
1) |
It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda. |
2) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |