Digriet tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-14 ta’ Ġunju 2021 –
TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter)
(Kawża T‑512/20)
“Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter – Raġuni għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru – Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Talba għal smigħ ta’ xhieda – Rikors manifestament infondat fid-dritt”
|
1. |
Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Użu mhux awtorizzat ta’ xogħol protett mil-leġiżlazzjoni dwar id-drittijiet tal-awtur ta’ Stat Membru – Dritt tal-Istat Membru intervenjenti li jiddefinixxi l-modalitajiet tal-kisba u tal-prova tad-dritt tal-awtur (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikolu 25(1)(f); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2245/2002, Artikolu 28(1)(b)(iii)) (ara l-punt 18) |
|
2. |
Disinni Komunitarji – Raġunijiet għal invalidità – Assenza ta’ karattru individwali – Disinn li ma jagħtix lill-utent avżat impressjoni globali differenti minn dik mogħtija mid-disinn preċedenti – Rappreżentazzjoni ta’ koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter (Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002, Artikoli 6(1) u 25(1)(b)) (ara l-punti 36, 37) |
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat‑8 ta’ Ġunju 2020 (Każ R 294/2019‑3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn TrekStor u Zagg.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
TrekStor GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż. |