Digriet tal-Qorti Ġenerali (It‑Tmien Awla Estiża) tal‑14 ta’ Mejju 2025 –
Confédération nationale du Crédit mutuel et vs SRB (Kontribuzzjonijiet ex ante 2020)

(Kawża T‑446/20)

“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti ta’ investiment (SRM) – Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kalkolu tal‑kontribuzzjonijiet ex ante għall‑2020 – Artikolu 70(2) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 – Rikors manifestament fondat – Limitazzjoni tal-effetti ratione temporis tad-digriet”

1. 

Rikors għal annullament – Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni – Irtirar impliċitu tad-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-kawża – Irtirar li jipproduċi effetti ekwivalenti għal dawk ta’ sentenza ta’ annullament – Rikors li ma għadx għandu skop – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punt 20)

2. 

Proċedura ġudizzjarja – Talbiet tar-rikors – Adattament fil-mori tal-kawża – Deċiżjoni li temenda d-deċiżjoni kkontestata fil-mori tal-Kawża – Adattament tat-talbiet u tal-motivi inizjali – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet

(Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 86)

(ara l-punti 24 sa 26)

3. 

Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment – Kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Limitu massimu annwali tal-ammont akkumulat tal-kontribuzzjonijiet individwali għas-SRF stabbilit għal 12.5 % tal-livell fil-mira finali – Kamp ta’ applikazzjoni – Applikazzjoni matul il-perijodu inizjali

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, l-ewwel u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 70(2))

(ara l-punt 47)

4. 

Politika ekonomika u monetarja – Politika ekonomika – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ta’ ċerti impriżi ta’ investiment – Kontribuzzjonijiet ex ante għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) – Limitu massimu annwali tal-ammont akkumulat tal-kontribuzzjonijiet individwali għas-SRF iffissat għal 12.5 % tal-livell fil-mira finali – Portata – Nuqqas ta’ qbiż ta’ dan il-limitu massimu mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Approċċ dinamiku għal-livell fil-mira finali

(Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 806/2014, Artikolu 69(1), u l-ewwel u r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 70(2))

(ara l-punt 48)

Dispożittiv

1) 

Id-Deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) SRB/ES/2022/80 tas‑7 ta’ Diċembru 2022 dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall‑2020 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF) hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Confédération nationale du Crédit mutuel u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness.

2) 

L-effetti tad-Deċiżjoni SRB/ES/2022/80 jinżammu sa fejn tikkonċerna lil Confédération nationale du Crédit mutuel u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jinsab fl-anness sakemm is-SRB ikun ħa l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dan id-digriet, u dan f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż is-sitt xhur mill-jum li fih dan id-digriet isir definittiv.

3) 

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk imġarrba minn Confédération nationale du Crédit mutuel u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness.

4) 

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.