Digriet tal-Viċi-President tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2020 – Junqueras i Vies vs Il-Parlament

(Kawża T-24/20 R)

“Proċeduri għal miżuri proviżorji – Dritt istituzzjonlai – Membri tal-Parlament – Revoka tal-mandat – Immunità parlamentari – Talba għal miżuri proviżorji – Inammissibbiltà parzjali – Nuqqas ta’ fumus boni juris”

1. 

Proċeduri għal miżuri proviżorji – Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà – Interess ġuridiku – Talba intiża sabiex tinkiseb sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni amministrattiva negattiva – Assenza ta’ deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar talba għal difiża tal-immuniteà ta’ wieħed mill-membri tiegħu – Sospensjoni li ma tistax tbiddel is-sitwazzjoni tar-rikorrent – Nuqqas ta’ interess ġuridiku

(Artikolu 278 TFUE)

(ara l-punti 25, 29, 30)

2. 

Proċeduri għal miżuri proviżorji – Miżuri proviżorji – Miżuri inkompatibbli mat-tqassim tal-kompetenzi bejn l-istituzzjonijiet – Talba intiża sabiex jinkiseb ordni indirizzat lil istituzzjoni – Inammissibbiltà

(Artikolu 266 TFUE)

(ara l-punt 34)

3. 

Proċeduri għal miżuri provviżorji – Ġurisdizzjoni tal-Imħallef għal miżuri proviżorji – Għoti ta’ ordnijiet indirizzati lil terzi – Limiti

(Artikolu 278 u 279 TFUE)

(ara l-punt 37)

4. 

Proċeduri għal miżuri proviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri proviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Urġenza – Dannu gravi u irreparabbli – Natura kumulattiva – Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika – Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji

(Artikolu 256(1), 278 u 279 TFUE ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156(4))

(ara l-punti 40-43)

5. 

Proċeduri għal miżuri proviżorji – Sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Miżuri proviżorji – Kundizzjonijiet għall-għoti – Fumus boni juris – Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali – Motivi li prima facie ma jidhrux li huma fondati

(Artikolu 256(1), 278 u 279 TFUE ; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 156)

(ara l-punti 46, 47, 65, 68, 72, 75, 76)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża b’mod partikolari, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Parlament, tat-13 ta’ Jannar 2020, li tikkonstata l-post vakanti tas-siġġu tar-rikorrenti sa mit-3 ta’ Jannar 2020, u għaċ-ċaħda tat-talba għal miżuri urġenti intiżi għall-protezzjoni tal-immunità parlamentari tiegħu ppreżentata fl-20 ta’ Diċembru 2019.

Dispożittiv

1) 

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2) 

L-ispejjeż huma rriżervati.