22.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 62/41


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Diċembru 2020 – Standard International Management vs EUIPO – Asia Standard Management Services (The Standard)

(Kawża T-768/20)

(2021/C 62/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Standard International Management LLC (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Edenborough QC, S. Wickenden, Barrister u M. Maier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Asia Standard Management Services Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea The Standard – Trade mark tal-Unjoni Nru 8 405 243

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 828/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO tħallas lir-rikorrenti l-ispejjeż ta’ din il-proċedura;

sussidjarjament, jekk il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni,

tikkundanna lil EUIPO u lill-parti l-oħra li jkunu responsabbli in solidum għal dawk l-ispejjeż.

Motivi invokati

Id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minħabba erba’ motivi prinċipali, partikolarment minħabba li l-Bord tal-Appell:

wettaq żball ta’ liġi peress li naqas milli jikkonstata li reklamar u offerti għall-bejgħ tal-lukanda u servizzi anċillari, partikolarment dawk fil-klassijiet 38, 39, 41, 42, 43 u 44, diretti lejn il-konsumaturi tal-Unjoni kienu jikkostitwixxu użu ġenwin tat-trade mark tal-Unjoni f’ċirkustanzi fejn dawk is-servizzi ngħataw fl-Istati Uniti;

wettaq żball ta’ liġi meta naqas milli jikkonstata li reklamar u promozzjoni tas-servizzi rilevanti kien suffiċjenti sabiex jiġi pprovat użu ġenwin għal dawk is-servizzi;

wettaq żball ta’ liġi meta naqas milli jikkonstata li reklamar tal-ftuħ tal-lukanda ta’ Londra kien rilevanti; u

wettaq żball ta’ liġi billi naqas milli jipprovdi kwalunkwe, jew kwalunkwe raġunament suffiċjenti għaliex wasal għal din il-konklużjoni.