15.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 53/51 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2020 – Deutschtec vs EUIPO – Group A (HOLUX)
(Kawża T-738/20)
(2021/C 53/67)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Deutschtec GmbH (Petershagen/Eggersdorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Arnade, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Group A NV (Hasselt, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “HOLUX”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 371 378
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 223/2020-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2019 fil-Każ B 3 051 677 sa fejn tilqa’ l-oppożizzjoni; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Id-deċiżjoni kkontestata ma għandhiex il-konklużjoni neċessarja misluta mill-fatt li l-kliem “metall komuni u l-ligi tiegħu” kif ukoll “prodotti tal-metall” fi Klassi 6 huma vagi wisq. Barra minn hekk, ma għandhiex analiżi diliġenti jekk id-destinatarji fis-suq jikkunsidrawx prodotti ġejjin mill-istess oriġini. |