|
8.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/53 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Diċembru 2020 – Senseon Tech vs EUIPO – Accuride International (SENSEON)
(Kawża T-724/20)
(2021/C 44/76)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Senseon Tech Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Andreottola u M. Li Trenta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Accuride International Inc. (Santa Fe Springs, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “SENSEON” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 758 831
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 2736/2019-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tilqa’ r-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Żball fl-evalwazzjoni tal-pubbliku rilevanti; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tax-xebh bejn il-prodotti u s-servizzi; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-evalwazzjoni komplessiva. |