|
8.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 44/50 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2020 – OL vs Il-Kunsill
(Kawża T-714/20)
(2021/C 44/73)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: OL (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, J. Iriarte Ángel u E. Delage González, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/145/PESK tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, fil-verżjoni attwali tagħha, sa fejn din tagħmel riferiment għar-rikorrent jew tista’ taffettwah. |
|
— |
tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina, fil-verżjoni attwali tiegħu, sa fejn dan jagħmel riferiment għar-rikorrent jew jista’ jaffettwah. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti li fuqhom huma bbażati r-restrizzjonijiet ikkontestati fil-mument tal-estensjoni tagħhom, peress li, sa fejn huwa kkonċernat ir-rikorrent, dawn ġew estiżi mingħajr bażi fattwali u probatorja reali. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq nuqqas tat-twettiq tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li r-regoli kkontestati huma nieqsa, fir-rigward tar-rikorrent, minn motivazzjoni korretta, fatt li jimpedixxi l-artikulazzjoni adatta tad-difiża tiegħu. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-bniedem għal-libertà ta’ espressjoni, peress li l-allegati dikjarazzjonijiet, talbiet u manifestazzjonijiet attribwiti lilu huma koperti mill-imsemmi dritt tal-bniedem. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva fir-rigward tal-motivazzjoni tal-atti, tan-nuqqas ta’ sostenn fattwali effettiv tal-motivi allegati mill-Kunsill u tad-drittijiet għal-libertà ta’ espressjoni, tad-difiża u għall-proprjetà, peress li ma ġewx osservati l-ħtieġa li jiġu prodotti provi effettivi u r-rekwiżit ta’ motivazzjoni fil-mument tal-estensjoni tar-regoli, fatt li jaffettwa d-drittijiet l-oħra. |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-proprjetà b’rabta mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, sa fejn dan id-dritt ġie limitat u barra minn hekk b’mod sproporzjonat. |
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, peress li ġiet ippreġudikata l-pożizzjoni komparattiva tar-rikorrent mingħajr ebda raġuni għal dan. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq l-użu ħażin ta’ poter, peress li jeżistu indizji oġġettivi, preċiżi u konkordanti li jippermettu li jiġi sostnut li, billi ġew imposti u estiżi l-miżuri ta’ sanzjoni, kienu intiżi għanijiet distinti minn dawk allegati mill-Kunsill. |