|
18.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 19/65 |
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2020 – OC vs SEAE
(Kawża T-681/20)
(2021/C 19/70)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: OC (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)
Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; konsegwentement |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Jannar 2020 sa fejn din tiċħad it-talba għal kumpens tar-rikorrenti tas-27 ta’ Settembru 2019; |
|
— |
sa fejn meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Awwissu 2020 sa fejn din tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tas-17 ta’ April 2020; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut jikkumpensa d-danni morali u finanzjarji sostnuti mir-rikorrenti, sa fejn dawn tal-aħħar huma evalwati rispettivament, ex aequo et bono, għal EUR 20 000 u EUR 580 889; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, fuq ksur tal-Artikolu 3(3) tal-Karta tal-Missjonijiet u tar-Responsabbiltajiet tal-Amministratur tal-Impresti tas-SEAE, fuq ksur tal-Artikolu 3 tal-Kodiċi tal-Istandards Professjonali għall-Persunal Inkarigat mill-Verifika Finanzjarja tas-SEAE u fuq ksur tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni PROC HR(2011)008 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Esteri u għall-Politika ta’ Sigurtà. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti b’mod partikolari tqis li t-trasferiment tagħha ġie deċiż mingħajr osservanza tal-prinċipju ta’ ekwivalenza tal-impjiegi u li, meqjusa ċ-ċirkustanzi tal-każ, it-trasferiment tagħha ma kienx iġġustifikat mill-interess tas-servizz. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smiegħ u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, kif ukoll fuq ksur tal-protezzjoni tad-data personali u tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata. |