18.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 19/62


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Novembru 2020 – Celler Lagravera vs EUIPO – Cyclic Beer Farm (Cíclic)

(Kawża T-673/20)

(2021/C 19/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Celler Lagravera, SLU (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyclic Beer Farm, SL (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “Cíclic” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 948 980

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Awwissu 2020 fil-Każ R 465/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din, billi tiċħad l-appell ippreżentat minn Celler Lagravera, SLU, tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni Nru B 3 071 125 li tilqa’ l-oppożizzjoni mressqa kontra l-prodotti kollha tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 948 980 “Cíclic” (figurattiva) li tkopri “inbejjed” fil-klassi 33; u

tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti li topponi jew lill-partijiet li jopponu għal dan ir-rikors.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.