19.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 348/25


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2020 – Müller vs EUIPO (TIER SHOP)

(Kawża T-535/20)

(2020/C 348/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Müller GmbH & Co. KG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Mühlberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea TIER SHOP – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 022 495

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2600/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Nru 18 022 495 ġiet miċħuda.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.