9.11.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 378/36 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2020 – TrekStor vs EUIPO – Zagg (Koperturi protettivi għall-hardware tal-kompjuter)
(Kawża T-512/20)
(2020/C 378/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TrekStor GmbH (Lorsch, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zagg Inc. (Salt Lake City, Utah, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn tal-Unjoni Nru 1 253 876-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 294/2019-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tordna lill-EUIPO jiddikjara d-disinn ikkontestat invalidu skont l-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002. |