28.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/29


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2020 – Guo vs EUIPO – Sand Cph (sandriver)

(Kawża T-505/20)

(2020/C 320/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Xiuling Guo (Shanyang Town, iċ-Ċina) (rappreżentant: L. Le Stanc, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sand Cph A/S (Kopenħagen, id-Danimarka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva sandriver – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15856297

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ġunju 2020 fil-Każ R 2019/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara ammissibbli r-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 60(1)(a) u 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi ġie kkonstatat li kien hemm probabbiltà ta’ konfużjoni għall-pubbliku bejn it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea li ġiet qabel Nru 3 105 491 u t-trade mark semi-figurattiva tal-Unjoni Ewropea tar-rikorrent li ġiet wara Nru 15 856 297.