21.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 313/30


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2020 – LF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-466/20)

(2020/C 313/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: LF (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-11 ta’ Settembru 2019 li permezz tagħha giet rrifjutata lilu l-allowance tal-espatrijazzjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.