5.10.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/16


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2020 – ZU vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/20)

(2020/C 329/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZU (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra tal-5 ta’ Settembru 2019, li tirrifjuta informazzjoni rilevanti għad-difiża tiegħu, u tas-6 ta’ April 2020, li tiċħad l-ilment tiegħu;

tordna lill-konvenuta tħallas ammont ta’ EUR 50 000, bħala kumpens għad-dannu materjali mġarrab, flimkien mal-interessi bir-rata legali sakemm ikun sar il-ħlas kollu; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tad-difiża tar-rikorrent u tad-dritt tiegħu għal rimedju effettiv.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Awtorità tal-Ħatra wettqet żball manifest meta evalwat is-suġġett tal-ilment, ħalliet barra motiv ewlieni u ma kkunsidratx il-probabbiltà ta’ bidla fis-sitwazzjoni legali tar-rikorrent.