7.9.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 297/45


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 – Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-441/20)

(2020/C 297/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jindal Saw Ltd (New Delhi, l-Indja), Jindal Saw Italia SpA (Trieste, l-Italja) (rappreżentanti: R. Antonini, E. Monard u B. Maniatis, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/526 tal-15 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit tal-ħadid fondut sferojdali) li joriġinaw mill-Indja fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali f’T-300/16;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009 u tal-prinċipju ġenerali ta’ nuqqas ta’ retroattività.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ nuqqas ta’ retroattività u tal-prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 266 TFUE u tal-Artikolu 264 TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikoli 5(1) u 5(4) TUE.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tad-dritt għal rimedju effettiv u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikolu 103 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni u tal-Artikolu 296 TFUE.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni ma għandiex il-kompetenza biex timponi r-reġistrazzjoni tal-importazzjonijiet ta’ Jindal, kif ukoll fuq ksur tal-Artikolu 24(5) tar-Regolament (KE) Nru 597/2009.