24.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/62 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2020 – KY vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-433/20)
(2020/C 279/77)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: KY (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tas-17 ta’ Settembru 2019, ikkonfermata permezz tad-deċiżjoni espliċita tal-10 ta’ Ottubru 2019, tat-talba għar-restituzzjoni tal-parti mhux akkreditata tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul tagħha fis-servizz u ttrasferita lill-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni Ewropea. |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti ssostni li, konformement mad-dmir ta’ premura tagħha, istituzzjoni tal-Unjoni għandha l-obbligu li tinforma lill-uffiċjal mhux biss bir-regola tal-ammont mimimu tas-sussistenza u tal-impatt tagħha fuq il-kalkolu tal-pensjoni, iżda wkoll bil-possibbiltà li wieħed jipposponi t-trasferiment tad-drittijiet tiegħu għall-pensjoni sal-intitolament tad-drittijiet effettivi tiegħu għall-pensjoni. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-arrikkiment indebitu. Ir-rikorrenti tqis li r-rifjut ta’ restituzzjoni tal-parti tad-drittijiet għall-pensjoni nazzjonali ttrasferiti lill-iskema tal-Unjoni, li tagħha ma jittiħidx kont waqt il-kalkolu tad-drittijiet għall-pensjoni, jista’ jwassal għal approprjazzjoni inġustifikata u, għaldaqstant, għal arrikkiment indebitu favur l-Unjoni, kif ukoll ftaqir indebitu tal-uffiċjal ikkonċernat. |