|
24.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 279/58 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Lulju 2020 – Deutsche Hypothekenbank vs SRB
(Kawża T-428/20)
(2020/C 279/73)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Deutsche Hypothekenbank AG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Flore u J. Seitz, avukati)
Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tal-15 ta’ April 2020 (SRB/ES/2020/24), inklużi l-annessi tagħha, dwar il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ex ante dovuti għas-sena 2020 lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni kif ukoll id-dettalji tal-kalkolu, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors huwa bbażat fuq il-motivi segwenti:
|
1. |
L-ewwel motiv: ksur tad-dritt għal smigħ xieraq
|
|
2. |
It-tieni motiv: ksur tar-regoli proċedurali
|
|
3. |
It-tielet motiv: motivazzjoni insuffiċjenti tad-deċiżjoni kkontestata
|
|
4. |
Ir-raba’ motiv: ksur tad-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva (Artikolu 47(1) tal-Karta) minħabba li d-deċiżjoni kkontestata ma tistax tkun is-suġġett ta’ stħarriġ
|
|
5. |
Il-ħames motiv: l-applikazzjoni tal-indikatur IPS (Institutional Protection Scheme) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 (1) tikkostitwixxi ksur tad-dritt f’livell superjuri fil-ġerarkija tan-normi
|
|
6. |
Is-sitt motiv: it-teħid inkunsiderazzjoni tal-pożizzjoni ta’ riskju dderivat globali fil-kuntest tal-indikatur tar-riskju “attivitajiet ta’ negozjar u skoperturi barra l-karta bilanċjali, derivattivi, kumplessità u riżolvibbiltà”, jikkostitwixxi ksur tad-dritt f’livell superjuri fil-ġerarkija tan-normi
|
|
7. |
Is-seba’ motiv: l-applikazzjoni tal-multiplikatur ta’ aġġustament fuq il-bażi tal-profil ta’ riskju tikkostitwixxi ksur tad-dritt f’livell superjuri fil-ġerarkija tan-normi
|
|
8. |
It-tmien motiv (sussidjarju): it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 tikkostitwixxi ksur tad-dritt f’livell superjuri fil-ġerarkija tan-normi
|
|
9. |
Id-disa’ motiv: id-definizzjoni ta’ “depożiti interbankarji” fil-Pass 1 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 tikkostitwixxi ksur tad-dritt f’livell superjuri fil-ġerarkija tan-normi
|
|
10. |
L-għaxar motiv: il-klassifikazzjoni tal-klassijiet prevista fil-Pass 2 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 tikkostitwixxi ksur tad-dritt f’livell superjuri fil-ġerarkija tan-normi
|
(1) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).