10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/35


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ġunju 2020 – Moloko Beverage vs EUIPO – Nexus Liquids (moloko)

(Kawża T-383/20)

(2020/C 262/47)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moloko Beverage GmbH (Göppingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Wieland, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nexus Liquids GmbH (Bielefeld, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “moloko” – Trade mark tal-Unjoni Nru 16 415 838

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1485/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tirreġistra t-trade mark tal-Unjoni Nru 16 415 838 anki għal dawn il-prodotti:

Tabakk u prodotti tat-tabakk, inklużi sostituti tat-tabakk; armotizzanti u soluzzjonijiet għal vaporizzaturi personali u sigaretti elettroniċi;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali u lil Nexus Liquids GmbH għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO,

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.