3.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 255/32


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2020 – Smiley Miley vs EUIPO – Cyrus Trademarks (MILEY CYRUS)

(Kawża T-368/20)

(2020/C 255/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Smiley Miley, Inc. (Nashville, Tennessee, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Devaureix, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Trademarks Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni “MILEY CYRUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 807 111

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 fil-Każ R 2520/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors, inklużi d-dokumenti kollha annessi u l-kopji tagħhom;

tilqa l-provi kollha annessi mar-rikors;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż kif ukoll, jekk ikun il-każ, lill-parti intervenjenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.