10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/32


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2020 – AC Milan vs EUIPO – InterES (ACM 1899 AC MILAN)

(Kawża T-353/20)

(2020/C 262/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Associazione Calcio Milan SpA (AC Milan) (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani u G. Ghisletti, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: InterES Handels- und Dienstleistungs Gesellschaft mbH & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva ACM 1899 AC MILAN bil-kuluri aħmar, iswed u abjad – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 329 545

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 161/2019-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti f’din il-kawża.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 18(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.