27.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/46


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ġunju 2020 – Robert Klingel vs EUIPO (MEN+)

(Kawża T-345/20)

(2020/C 247/63)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Robert Klingel OHG (Pforzheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Zick, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea MEN+ – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 985 949

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1906/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn hija tippreġudika lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, b’mod partikolari moqri flimkien mal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.