10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/31


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2020 – Indo European Foods vs EUIPO – Chakari (Abresham Super Basmati Selaa Grade One World's Best Rice)

(Kawża T-342/20)

(2020/C 262/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Indo European Foods Ltd (Harrow, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Norris, Barrister u N. Welch, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hamid Ahmad Chakari (Vjenna, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni, bil-kulur, Abresham Super Basmati Selaa Grade One World's Best Rice – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 860 868

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2020 fil-Każ R 1079/2019–4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tilqa’ l-oppożizzjoni fir-rigward tal-oġġetti kollha;

alternattivament, tirrinvija l-kwistjoni quddiem l-EUIPO għal eżami mill-ġdid;

tordna lill-EUIPO jbati l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward ta’ dan l-appell, l-appell quddiem il-Bord tal-Appell u d-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.