27.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/41


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – Bibita Group vs EUIPO – Benkomers (Fliexken tax-xorb)

(Kawża T-326/20)

(2020/C 247/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bibita Group (Tirana, l-Albanija) (rappreżentant: C. Seyfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Benkomers OOD (Sofia, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 3 797 091-0001 (Fliexken tax-xorb)

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2020 fil-Każ R 1070/2018-3

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara li d-disinn kontenzjuż tal-Unjoni rreġistrat bin Nru 3 797 091-0001 huwa invalid, għar-raġunijiet esposti f’dan ir-rikors;

tikkundanna lill-konvenut u lill-proprjetarju għall-ispejjez proċedurali relatati mal-proċedimenti quddiem it-Tielet Bord tal-Appell, b’applikazzjoni tal-Artikolu 190 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-eventwali parti l-oħra għal dawn il-proċeduri għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 25(1)(d) moqri flimkien mal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.