27.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/39


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – enercity vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-321/20)

(2020/C 247/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: enercity AG (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Schalast, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Frar 2019, fil-Każ M.8871;

tgħaqqad il-proċeduri fis-sens tal-Artikolu 68(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali mar-rikorsi ppreżentati fir-rigward tal-istess deċiżjoni fil-Każ M.8871, minħabba l-konnessjoni sostanzjali tagħhom għall-finijiet, kumulattivament, tas-sentenza;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq żewġ motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-320/20, Mainova vs Il-Kummissjoni.