27.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/36


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2020 – Stadtwerke Leipzig vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-313/20)

(2020/C 247/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stadtwerke Leipzig GmbH (Leipzig, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tas-26 ta’ Frar 2019, li tiddikjara kompatibbli mas-suq intern il-konċentrazzjoni “RWE/E.ON Assets”, Każ M.8871 (ĠU 2020, C 111, p. 1);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors huwa bbażat fuq tliet motivi, li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-Kawża T-312/20, EVH vs Il-Kummissjoni.