27.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 247/21


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2020 – MHCS vs EUIPO – Lidl Stiftung (Sfumaturi tal-kulur oranġjo)

(Kawża T-274/20)

(2020/C 247/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: MHCS (Épernay, Franza) (rappreżentant: O. Vrins, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Kulur li jikkonsisti fi sfumaturi tal-kulur oranġjo) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 747 949

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 2392/2018-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom stess;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 26(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja u/jew tar-Regola 1(1)(d) flimkien mar-Regola 3(2), (3) u (5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 tat-13 ta’ Diċembru 1995 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità;

Ksur tal-prinċipju ġenerali tal-protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u tal-prinċipji taċ-ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba (inkluż tal-obbligu ta’ motivazzjoni);

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.