|
6.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 222/32 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2020 – Pšonka vs Il-Kunsill
(Kawża T-268/20)
(2020/C 222/35)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrent: Artem Viktorovyč Pšonka (Kramatorsk, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Mleziva, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (2), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw ir-rikorrent; tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrent. |
|
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba
|
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tal-proprjetà tar-rikorrent
|
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent li ngħataw lilu mill-Kunvenzjoni Ewropea għal Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali
|