6.7.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 222/29


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2020 – Rochem Group vs EUIPO – Rochem Marine (ROCHEM)

(Kawża T-261/20)

(2020/C 222/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Rochem Group AG (Zug, l-Isvizzera) (rappreżentant: K. Guridi Sedlak, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rochem Marine Srl (Genova, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ROCHEM – Reġistrazzjoni Internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 151 485

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2020 fil-Każ R 1547/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-EUIPO jadotta deċiżjoni ġdida li permezz tagħha jiċħad ir-rikors għal dikjarazzjoni ta’ invalidità ppreżentata kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nru 1 151 485, anki fir-rigward tal-Klassijiet 11 u 40;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, fil-każ li l-parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tidher quddiem il-Qorti Ġenerali, għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 64(2) u (3) b’rabta mal-Artikolu 198 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.