10.8.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 262/28


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2020 – Moviescreens Rental vs EUIPO – the airscreen company (AIRSCREEN)

(Kawża T-250/20)

(2020/C 262/38)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moviescreens Rental GmbH (Damme, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Schulz u P. Stelzig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: the airscreen company GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “AIRSCREEN” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 244 662

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 2527/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

temenda d-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Bord tal-Appell ikkonferma hemmhekk id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni li ċaħdet it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark ikkontestata għall-prodotti inkwistjoni fil-kawża preżenti:

Klassi 9: skrins taċ-ċinema li jintefħu; skrins kbar; skrins tal-fidda;

Klassi 17: frejms tal-kloridu tal-polivinil (PVC) li jistgħu jimtlew bl-arja; films tal-PVC flessibbli u

Klassi 19: strutturi li jistgħu jinġarru, mhux tal-metall; frejms bi skrin kbir, mhux tal-metall.

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) u (3) flimkien mal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) u (3) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.