15.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 201/51


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2020 – Target Brands vs EUIPO – The a.r.t. company b&s (art class)

(Kawża T-221/20)

(2020/C 201/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Target Brands Inc. (Minneapolis, Minnesota, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Norris, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: The a.r.t. company b&s, SA (Quel, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea art class – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 888 737

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Frar 2020 fil-Każ R 1596/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad id-deċiżjoni ta’ oppożizzjoni inkonnessjoni mal-oġġetti kkontestati rimanenti l-oħra kollha;

alternattivament, tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO għal kunsiderazzjoni mill-ġdid;

tordna li għandhom jitħallsu l-ispejjeż tagħha tal-proċeduri odjerni tal-appell, tal-proċedimenti ta’ rikors quddiem l-EUIPO u tal-oppożizzjoni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.