8.6.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/33


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2020 – Tikal Marine Systems vs EUIPO – Ultra Safety Systems (Tikal Tef-Gel)

(Kawża T-185/20)

(2020/C 191/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tikal Marine Systems GmbH (Norderstedt, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Mahnkopf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ultra Safety Systems Inc. (Mangonia Park, Florida, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “Tikal Tef-Gel” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 971 461

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Jannar 2020 fil-Każ R 2500/2018-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-28 ta’ Novembru 2018;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara t-trade mark inkwistjoni valida;

tordna lill-EUIPO u l-intervenjenti jbatu l-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.